skip to content

Cookies on the EU website

We use cookies to give the best experience on our site. Continue without changing your settings, and you'll receive cookies, or change your cookie settings at any time.

Continue
 
 
 

MISTOQSIJIET FREKWENTI APPLIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI

IMPORTANTI: Jekk jogħġbok uża wieħed minn dawn il-browsers biex tissottometti l-proġett tiegħek: Internet Explorer, Firefox, Google Chrome jew Safari. Jekk jogħġbok iċċekkja hawn taħt għal informazzjoni aktar dettaljata dwar kif tnaddaf il-cache u l-cookies tal-browser tiegħek.

Ressaq l-applikazzjoni tiegħek f'daqqa: ma tistax tissejvja l-applikazzjoni u terġa' lura għaliha aktar tard.

F'liema pajjiż għandi nissottometti l-proġett tiegħi?

Fil-każ ta' proġetti fi gruppi jew proġetti multinazzjonali, il-proġett jista' jiġi ppreżentat f'pajjiż wieħed biss li huwa marbut mill-qrib mal-proġett.

B'liema lingwa għandi nissottometti l-proġett tiegħi?

Huma eliġibbli applikazzjonijiet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, imma jekk jogħġbok issottometti l-proġett tiegħek b'lingwa waħda biss.

Meta jrid ikun seħħ il-proġett?

Huma eliġibbli biss il-proġetti mitmuma bejn l-1 ta' Jannar 2016 u t-30 ta' Jannar 2017, jew proġetti li għadhom għaddejjin. Proġetti li għadhom fl-istadju tal-ippjanar jew li għadhom ma bdewx mhumiex eliġibbli.

Diġà ssottomettejt proġett is-sena l-oħra, imma ma rbaħtx. Nista' nerġa' napplika?

Il-proġetti li ma kinux fost it-tliet rebbieħa finali tal-edizzjonijiet preċedenti tal-Kompetizzjoni għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej jistgħu jerġgħu jiġu ppreżentati.

M'iniex ċert jekk it-tip ta' proġett tiegħi ikunx eliġibbli. Kif nista' niċċekkja?

Agħti daqqa t'għajn lejn it-taqsima "Rebbieħa preċedenti" biex tieħu idea ta' x'tip ta' proġetti rebħu l-Premju fl-imgħoddi.

Kif nista' noħloq u ntella' attachments?

Biex toħloq u tehmeż il-fajls tiegħek, klikkja "Browse", agħżel il-fajl li tixtieq tehmeż, daħħal titolu fl-ispazju "Describe file" u mbagħad klikkja "Attach". Tista' tehmeż fajls f'dawn il-formati: PDF, JPG jew GIF.

Meta nipprova nissottometti l-applikazzjoni tiegħi, qed jitlagħli messaġġ "Server Error". X'għandi nagħmel?

  1. Ara li d-daqs totali tal-attachments kollha ma jaqbiżx il-15 MB. Tista' tuża l-funzjonijiet "Compress Pictures", "Crop" u oħrajn biex tnaqqas id-daqs tal-fajls ta' stampi f'dokumenti Office (klikkja hawn għal aktar informazzjoni).
  2. Iċċekkja kif semmejt il-fajls tiegħek: m'għandu jkun hemm l-ebda spazju bejn l-elementi f'isem il-fajl, l-ebda ittra kapitali u l-ebda sinjal speċjali. Tista' tuża underscores jew hyphens b'mod li ma jkollokx, pereżempju: "Applikazzjoni Proġett Tiegħi" iżda "applikazzjoni_proġett_tiegħi".
  3. Għandek bżonn tnaddaf il-cache u l-cookies tal-browser tiegħek (ctrl+F5). Jekk qed tuża Internet Explorer jew Firefox, segwi dawn il-proċeduri speċifiċi għall-browser tiegħek biex tnaddaf il-cache u l-cookies, agħlaq il-browser kompletament u erġa' iftħu, mur lura fil-paġna tal-applikazzjonijiet u erġa' pprova tella' d-dokumenti tiegħek.

Firefox: Agħżel "History" mill-menu u mbagħad "Clear Recent History". Ara li kemm il-kaxxa "Cache" u kemm il-kaxxa "Cookies" ikunu ttikkjati u agħżel il-perjodu ta' żmien li trid tnaddaf (ir-rakkomandazzjoni tagħna hi li tagħżel "Everything"). Imbagħad klikkja "Clear Now". Jekk tkun għadek qatt ma naddaft il-cache u l-cookies, il-proċess jista' jieħu ftit minuti.

Internet Explorer 8 jew 9: Mur fil-menu "Tools", agħżel "Internet Options" u mbagħad klikkja fuq it-tab "General" (jekk ma tkunx ġa magħżula). Fit-taqsima "Browsing History", klikkja "Delete". Ara li l-kaxxi "Temporary Internet Files" u "Cookies" ikunu ittikkjati u mbagħad klikkja "Delete" fil-qiegħ. Jekk tkun għadek qatt ma naddaft il-cache u l-cookies, il-proċess jista' jieħu ftit minuti.

Safari 5: Klikkja l-kelma "Safari" fil-kantuniera tan-naħa tax-xellug ta' fuq, agħżel "Empty Cache" u mbagħad "Empty". Erġa' klikkja "Safari" u agħżel "Preferences". Imbagħad, fil-kaxxa "Security”, klikkja "Privacy", imbagħad "Details", skrollja 'l isfel u agħżel www.charlemagneyouthprize.eu. Klikkja "Remove", imbagħad "Done" u agħlaq l-"Options". Erġa klikkja "Safari" u mbagħad "Quit Safari". Erġa' iftaħ il-browser u agħmel login fl-account tiegħek biex tkompli.

Safari 6: Klikkja l-kelma "Safari" fil-kantuniera tan-naħa tax-xellug ta' fuq, agħżel "Preferences" u mbagħad, fit-tab "Security", klikkja "Privacy". Klikkja "Details", skrollja 'l isfel u agħżel www.charlemagneyouthprize.eu. Klikkja "Remove", imbagħad "Done" u agħlaq l-"Options". Erġa klikkja "Safari" u mbagħad "Quit Safari". Erġa' iftaħ il-browser u agħmel login fl-account tiegħek biex tkompli.

Google Chrome: Klikkja fil-kantuniera fuq in-naħa tal-lemin ta' fuq biex tara l-menu. Klikkja l-kelma "History". Imbagħad klikkja "Delete Browsing History".

Kif inkun naf li l-proġett tiegħi ntbagħat?

Tirċievi konferma b'email li l-fajl tiegħek intbagħat.

X'inhi l-iskadenza biex nissottometti l-proġetti?

Il-proġetti għandhom jitressqu sat-30 ta' Jannar 2017.

Minn kemm qabel irrid nibgħat l-applikazzjonijiet tiegħi?

Huwa rrakkomandat ħafna li l-applikazzjonijiet ma jintbagħtux fl-aħħar ġurnata jew l-aħħar minuta. Jista' jagħti l-każ li l-konnessjoni tal-internet tkun batuta, ikun hemm problemi fis-servers jew fatturi oħra li l-organizzaturi ma jkollhomx kontroll fuqhom, u li minħabba fihom il-proġett ma jkunx jista' jintbagħat qabel l-iskadenza.

Ma sibtx it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek? Ikkuntattjana fuq ecyp2017@ep.europa.eu bl-Ingliż, bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż.