skip to content

Cookies on the EU website

We use cookies to give the best experience on our site. Continue without changing your settings, and you'll receive cookies, or change your cookie settings at any time.

Continue
 
 
 

Rebbieħa 2008


    
    
    

L-EWWEL PREMJU

"Studenti Mingħajr Fruntieri"

Il-programm "Studenti Mingħajr Fruntieri" huwa għal 135 student mis-Slovakkja, ir-Rumanija, l-Ukrajna u s-Serbja, kull sena, li jieħdu sehem f'workshops fit-tmexxija. Il-programm irawwem skambju ta' esperjenzi fost studenti dwar kwestjonijiet bħal opportunitajiet edukattivi Ewropej, it-tkabbir tal-UE u fondi komuni. Matul il-ġimagħtejn fil-kamp, jaqsmu wkoll flimkien il-wirt kulturali tagħhom. Meta jtemmu l-programm, huma jmorru lura f'pajjiżhom u jkomplu dan l-iskambju ta' esperjenzi u formazzjoni komunitarja onlajn.
Il-kamp tas-sajf fih workshop dwar id-drittijiet tal-bniedem u workshops dwar l-istorja, li jiżviluppaw sens komuni ta' identità u integrazzjoni Ewropej.
L-għażla tal-parteċipanti titqies fuq il-bażi tal-komponimenti li jkunu bagħtu dwar temi differenti kull sena, bħal "Is-Sena Ewropea għal Djalogu Interkulturali 2008". Il-parteċipanti jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-komponimenti tagħhom fil-workshops billi jibdew diskussjoni dwar kwistjonijiet attwali. Il-proċedura tal-għażla ssir b'koperazzjoni ta' rappreżentanti minn 5 pajjiżi.
L-għanijiet tal-UE għall-iżvilupp ta' komunità mingħajr konfini jaqblu mal-għanijiet tal-programm SWB: membri tal-ġenerazzjoni żagħżugħa  mill-UE u minn pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, iqiegħdu fil-prattika l-għajxien bħala komunità Ewropea fl-Ewropa multikulturali. B'hekk il-kamp huwa forum għall-edukazzjoni f'valuri Ewropej, bħal ftehim kulturali, etniku u reliġjuż fost mexxejja żgħażagħ.
Il-programm SWB jaqdi funzjoni ta' mudell għall-koperazzjoni Ewropea, minħabba li jrawwem l-integrazzjoni Ewropea: malli jlestu l-programm tas-sajf, l-istudenti jmorru lura f'pajjiżhom u jintegraw lill-komunitajiet lokali tagħhom fil-programm.
Il-parteċipanti ta' qabel, jiġifieri 1500 student minn 5 pajjiżi, illum jiffurmaw komunità, imsejħa l-Familja Rákóczi, li hija komunità li toffri eżempji prattiċi ta' ħajja Ewropea flimkien bħala komunità waħda, li sservi wkoll bħala komunità onlajn, bħala forum għall-ħolqien ta' postjiet tax-xogħol, għall-applikazzjoni kollettiva għal fondi, għal proġetti edukattivi u kwistjonijiet legali.

 

IT-TIENI PREMJU

"Festival f'Londra li jiċċelebra l-Ewropa"

Il-"Festival f'Londra li jiċċelebra l-Ewropa", organizzat annwalment, huwa sensiela ta' lekċers, dibattiti u avvenimenti tal-arti għall-pubbliku mingħajr ħlas, mifruxa fuq ġimagħtejn, f'uħud mill-postijiet l-aktar prestiġjużi ta' Londra. Huwa jippromwovi l-impenn f'affarijiet Ewropej fost iż-żgħażagħ u oħrajn, u jiċċelebra l-kulturi fl-Ewropa. Jaħdem ma' firxa wiesgħa ta' mseħbin, inklużi l-London School of Economics, it-TATE Modern, il-Kulleġġ tal-Arti u d-Disinn ta' Chelsea, il-Federal Trust, l-opendemocracy.net, il-cafebabel.com, l-Institut Francais u l-Istitut Kulturali Rumen.
L-ewwel festival seħħ f'Marzu 2007 għaċ-ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma. Ra aktar minn 1500 ruħ li marru għall-10 avvenimenti tiegħu, inklużi 250 għad-dibattitu importanti dwar il-valuri tal-Ewropa fl-anniversarju, il-25 ta' Marzu.
Il-Festival twaqqaf minn Lorenzo Marsili u Niccolo Milanese, u t-Tim tal-Festival huwa magħmul minn 11-il żagħżugħ li jirrappreżentaw 9 pajjiżi Ewropej differenti, li lkoll huma voluntiera u jaħdmu bi spirtu ta' dmir ċiviku u ta' avventura. Segolene Pruvot sar mexxej ta' tim. It-Tim tal-Festival jaħdem matul is-sena f'postijiet differenti u permezz ta' mezzi differenti ta' komunikazzjoni minħabba li t-tim kollu ta' sikwit imur minn post għal ieħor madwar l-Ewropa. Il-Festival irawwem b'mod attiv relazzjonijiet ma' soċjetajiet tal-istudenti fir-Renju Unit u barra l-pajjiż u jippromwovi attivament inizjattivi minn żgħażagħ oħra.
Il-Festival jippromwovi ċ-ċelebrazzjoni kemm ta' differenzi kif ukoll ta' similaritajiet kulturali u jaħdem għall-iżvilupp ta' sens sfieq ta' Identità Ewropea komuni. Il-Festival sar avveniment annwali fil-kalendarju kulturali ta' Londra, u l-"Festival f'Londra li jiċċelebra l-Ewropa 2008" huwa anki aktar sfieq fil-programm tiegħu, u għandu jsir f'Marzu.

 

IT-TIELET PREMJU

L-Ewwel Skola ta' Edukazzjoni Ogħla ta' Byron (Ateni)

L-ewwel Skola ta' Edukazzjoni Ogħla ta' Byron, diġà ilha għal dawn l-aħħar 30 sena (sa mill-1979) tipprova tinforma lill-istudenti tagħha dwar l-Unjoni Ewropea u trawwem fihom identità Ewropea. L-isforzi tagħna fir-rigward ta' attivitajiet relatati mal-UE ssaħħu wara l-1981 meta l-Greċja saret membru tal-Unjoni Ewropea, u wara l-1996 sabiex jiġi promoss dejjem aktar il-fehim reċiproku bejn nies minn pajjiżi Ewropej differenti: tiġi żviluppata identità Ewropea komuni, kif ukoll jingħataw xi eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.  

Dawn l-attivitajiet kollha wasslu biex jiġi introdott suġġett kompletament ġdid fil-kurrikulu tagħna- kors ta' Studju dwar l-Ewropa. Din hija xi ħaġa li l-Ministeru Grieg għall-Edukazzjoni għad irid jikseb f'livell nazzjonali.
Għall-2008 l-attivitajiet tagħna jinkludu:
i) Il-bidu ta' kuntatti ma' Gymnasium Nru10 f'Rzeszow (il-Polonja);
ii) Preparamenti għall-avveniment li jġib l-isem "Ir-Rebbiegħa tal-Ewropa" li jiffoka dwar kwistjonijiet ta' multikulturaliżmu u li se jsir f'Marzu;
iii) Stedinna 22 student mill-iskola Emmaus College f'Rotterdam (l-Olanda) għar-raba' darba konsekuttiva biex jiċċelebraw magħna Jum l-Ewropa fis-6 ta' Mejju.

Bl-attivitajiet kollha tagħna matul is-snin irnexxielna nqajmu kuxjenza fl-Unjoni Ewropea fost ftit eluf mill-istudenti tagħna. Aħna qed inkomplu bl-isforzi tagħna għaliex nemmnu li l-iktar mod effettiv kif nistgħu nqarrbu lin-nies lejn l-ideat Ewropej huwa permezz tal-edukazzjoni.

Dejjem inżommu quddiem għajnejna l-kliem ta' Jacques Delors: "Għandna nitgħallmu nkunu konxji, għandna nitgħallmu naġixxu, għandna nitgħallmu nikkoeżistu... għandna nitgħallmu neżistu".

 .