skip to content

Cookies on the EU website

We use cookies to give the best experience on our site. Continue without changing your settings, and you'll receive cookies, or change your cookie settings at any time.

Continue
 
 
 

Stqarrija Stampa 2010

Il-Premju Karlumanju għaż-Żgħażagħ għand proġett mill-Ġermanja

Proġett Ġermaniż "European CNC Network - Train for Europe", li ġab flimkien 24 skola vokazzjonali għall-bini ta' lokomotiva u vaguni, rebaħ il-Premju Karlumanju għaż-żgħażagħ 2010 li ngħata fil-11 ta' Mejju f'Aachen. It-tieni u t-tielet premju marru għand "You are here", proġett dwar il-ħolqien ta' ktieb (Irlanda) u "BEST Engineering Competition BEC" (Bulgarija) rispettivament.

Il-Premju Karlumanju għaż-Żgħażqagħ jingħata għal proġett li jservu bħala mudell għażżgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa u joffru eżempji prattiċi ta' kif l-Ewropej jistgħu jgħixu flimkien bħala komunita'.

Fiċ-ċerimonja li saret fl-Universita' RWTH Aachen, l-ewwel premju kien ippreżentat mill- President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek u ċ-ċermen tal-Fondazzjoni Karlumanju Michael Jansen, it-tieni mill-MEP u eks President tal-PE Hans-Gert Pöttering, u t-tielet mis-sindku ta' Aachen Marcel Philipp.

Ġermanja - "Train for Europe"

L-ewwel premju ngħata lil "Train for Europe", proġett Comenius li sar bejn l-iskejjel, u li beda f'Novembru 2006 u kien koordinat mill-iskola vokazzjonali Bad Kreuznach. Dan ġab flimkien 'il fuq minn 1,500 trainee minn 24 skola vokazzjonali biex jibnu lokomotiva u vaguni fuq il-prinżipju tal-Airbus. Il-ferrovija għandha gauge ta' 90 mm, tul ta' madwar 8 metri u timxi fuq binarju cirkulari twil 12-il metru.

Dan il-proġett "jixhed l-essenza tal-idea Ewropea: hidma flimkien, it-tegħlib tal-limiti imposti mill-fruntieri u l-iskoperta tad-diversita' u l-potenzjal taghha," qal il-President tal-PE Jerzy Buzek.

Irlanda - "You are here"

It-tieni premju mar għand il-proġett "You are here" (Irlanda), proġett dwar il-ħolqien ta' ktieb minn 14-il persuna li ħolqu "pantologija" (pan+ antologija) dwar nies li twieldu wara l-1980 u li jaħdmu fuq proġetti artistiċi, intellettwali u attiviżmu f'pajjiż li ma kibrux fih. Ilktieb, li jibda' mit-twaqqigħ tal-ħajt ta' Berlin, iħares lejn jekk dawn in-nies humiex qed jiktbu mill-perspettiva tal-liberta' u l-pluralita' li twieldu fl-1989 u jħarsu lejn tradizzjoni Ewropea ġdida u wiesa'.

Dan il-proġett "juri kif iż-żgħażagħ iħarsu lejn l-avveniment tat-twaqqigħ tal-ħajt ta' Berlin u huwa tentattiv li jillokalizzaw u jiddeterminaw l-identita' ta' din il-ġenerazzjoni ġdida f'Ewropa żagħżugħa u magħquda," qal l- MEP u eks President tal-PE Hans-Gert Pöttering.

Bulgarija - "BEST Engineering Competition BEC"

It-tielet premju ntrebaħ minn "BEST Engineering Competition BEC" (Bulgarija), organizzat mill- Board of European Students of Technology BEST Sofia. Huwa ġab flimkien 21 ċittadin Ewropew minn 11-il pajjiż f'5 timijiet. Dawn iddisinjaw robot li juża sorsi ta' enerġija ambjentali fil-ġbir u s-separazzjoni tal-iskart.

"Fl-univeristajiet u l-organizzazzjoni studenteski, insibu eżempji eċċellenti ta' dak li kapaċi tagħmel l-Ewropa jekk iġġib flimkien l-għerf u l-kapaċita' tan-nies tagħha. Il-proġett Bulgaru, li impressjona l-ġurija, huwa eżempju ta' dan, " skont is-Sindku ta' Aachen Marcel Philipp.

Premjijiet u proċedura tal-għażla

It-tlett proġetti rebbieħa jingħataw fondi ta' €5,000, €3,000, u €2,000 respettivament.
Huma se jkunu mistienda fil-Parlament Ewropew fix-xhur li ġejjin.

Ġuriji nazzjonali magħmula minn tal-inqas żewġ MEPs u rappreżentant millorganizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għażlu rebbieħ nazzjonali minn kull wieħed mis-27 Stat Membru.

F'April, ġurija Ewropea, magħmula minn tlett MEPs, il-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek, u erba' rappreżentanti tal-Fondazzjoni tal-Fondazzjoni Internazzjonali tal Premju Charlemagne, għażlu t-tlett rebbieħa mis-27 proġett.

Rappreżentanti tas-27 proġett ġew mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li saret f'Aachen.

Kuntatt :

Ayla Sultan CICEK
DE
BXL: (+32) 2 28 41009
STR: (+33) 3 881 74005
PORT: (+32) 498 98 13 37
EMAIL: ayla.cicek@europarl.europa.eu

Massimo FARRUGIA
La Valletta
Servizz tal-Istampa - Uffiċjal tal-Istampa, Valletta
Tel.: (+356) 21 23 50 75
STR: (+33) 3 881 78120
PORT: (+356) 7982 9312
EMAIL: massimo.farrugia@europarl.europa.eu

 .