Data ta' l-Iskadenza għas-sottomissjonijiet ġiet estiża sal-10 ta' Frar 2014!

"Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej" għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' koxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti ta' integrazzjoni Ewropea.
Il-Premju jingħata għal proġetti mwettqa minn żgħażagħ li jkattru l-fehim, jippromwovu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.
"Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej" jingħata b'mod konġunt u annwali mill-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni għall-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

Il-premju għall-aħjar proġett huwa ta' €5 000, it-tieni, €3 000 u t-tielet, €2 000. Bħala parti mill-premju, it-tliet rebbieħa finali jiġu mistiedna jżuru l-Parlament Ewropew (fi Brussell jew fi Strasburgu). Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tas-28 proġett nazzjonali magħżula jiġu mistiedna għal mawra ta' erbat ijiem f'Aachen, il-Ġermanja.
Il-premijiet għall-aħjar tliet proġetti jiġu ppreżentati mill-President tal-Parlament Ewropew u minn rappreżentant tal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.