Dwar il-Premju

 .
 .

"Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej" għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kuxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti tal-integrazzjoni Ewropea.

Il-Premju jingħata għal proġetti magħmula minn żgħażagħ li jkattru l-fehim, iħeġġu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' ċittadini Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.
"Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej" jingħata b'mod konġunt u annwali mill-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni għall-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.
Il-premju għall-aħjar proġett huwa ta' €5 000, it-tieni, €3 000 u t-tielet, €2 000. Bħala parti mill-premju, it-tliet rebbieħa finali se jkunu mistiedna jżuru l-Parlament Ewropew (fi Brussell jew fi Strasburgu). Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tas-27 proġett nazzjonali magħżula se jkunu mistiedna għal mawra ta' erbat ijiem f'Aachen, il-Ġermanja.
Il-premijiet għall-aħjar tliet proġetti se jkunu ppreżentati mill-President tal-Parlament Ewropew u rappreżentant tal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

 

Rebbieħa preċedenti

Rebbieħa 2011
Rebbieħa 2010
Rebbieħa 2009
Rebbieħa 2008
 
 .